Bądż na bieżąco
iBookstore
Android app on Google Play
Lubię to
A programme by
Stilla li għandha Sigriet
5 September 2012

Ħares madwar kamartek. X'aktarx li tara ħafna affarijiet ta' kuluri u materjali differenti. Iżda dawn kollha huma magħmulin mill-istess ħaġa: elementi kimiċi. 

Xi ismijiet ta' elementi kimiċi diġà tafhom, bħad-deheb, l-ossiġnu u r-ramm. B'kollox hemm biss 118 element kimiku. Dan ifisser li dak kollu li għandek f'kamartek - u dak kollu li tista' tara fuq id-Dinja - hu magħmul minn ammonti differenti ta' xi wħud minn dawn l-elementi kimiċi. 118 element kimiku li minnhom magħmul kollox!

L-istess huma l-oġġetti fl-ispazju. Jista' jkun hemm xi elementi kimiċi żejda hemmhekk, iżda l-astronomi jafu biss b'118 element kimiku s'issa.

Ħafna elementi kimiċi jistgħu jsiru biss ġewwa l-istilel. Imbagħad jinxtered fl-ispazju meta l-istilel jisplodu biex stilel ġodda jużawh biex jagħmlu iżjed elementi kimiċi. Bażikament, għal kull ġenerazzjoni ġdida ta' stilel, hemm ħafna u ħafna iżjed elementi kimiċi disponibbli meta jiġu ffurmati stilel ġodda.

Dan ifisser li stilel xjuħ ħafna - bħal dawk ġewwa l-grupp ta' stilel kif nistgħu naraw f'dan ir-ritratt - ma jkollhomx ħafna elementi kimiċi differenti. L-iżjed li jkollhom huma l-elementi kimiċi tal-idroġenu u l-helium biss. Imma l-astronomi skoprew stilla stramba f'dan il-grupp li fiha ħafna litju, li hu element kimiku iehor. L-astronomi m'għandhomx idea kif spiċċa hemm! 

 

Fatt Interessanti

Elementi kimiċi ġodda għadhom qed jiġu skoperti. L-aħħar skoperta saret fl-2010, meta xjentisti ħabbru li sabu l-“ununseptium”. Tħabbilx rasek jekk ma tafx kif tinqara eżatt din il-kelma - lanqas aħna ma nafu kif!

Share:

Printer-friendly

PDF File
1,2 MB