Xi kultant, li tistaqsi mistoqsija li tidher faċli li jkollok tweġiba tagħha tista’ tgħin lix-xjenzati jifhmu affarijiet importanti dwar kif jaħdem l-Univers.
Pereżempju, għaliex bil-lejl hu mudlam? Forsi tidher ovvja, imma din il-mistoqsija xi darba kienet tħawwad lil ħafna astronomi. Kienu jafu li d-Dinja ma tkunx faċċata tax-xemx bil-lejl. Iżda kienu jaħsbu wkoll li l-Univers kien jibqa’ sejjer għal dejjem – kien infinit. Imma kieku l-Univers kien infinit, kieku kien ikun hemm stilel li jkopru kull parti tas-sema bil-lejl u b’hekk tkun imdawla ħafna! Biex tifhem għaliex Univers infinit ifisser li jkun hemm stilel li fis-sema kollha ta’ bil-lejl, immaġinak kieku tkun qiegħed f’foresta mimlija siġar. Issa dur u ibda imxi f’direzzjoni bl-addoċċ, f’linja dritta. Kieku l-foresta kienet infinita, tagħżel liema direzzjoni tagħżel tiestenna li tinzerta xi siġra li timblukkalek il-passaġġ. Ejja nerġgħu lura għas-sema bil-lejl, xi astronomi kienu jaħsbu li sħab kbir ta’ trab, bħal dak li jidher hawn f’dan ir-ritratt spazjali, seta’ jgħatti biżżejjed dawl minn xi stilel biex is-sema tkun imdallma. Iżda l-astronomi issa jafu li fl-aħħar mill-aħħar l-Univers mhuwiex infinit. U għalhekk li s-sema bil-lejl tkun mudlama.
Mela, l-moral tal-istorja hu, qatt tibża’ tgħolli subgħajk biex tistaqsi mistoqsija fil-klassi. Mistoqsijiet stupidi ma jeżistux! Biex tkun xjenzat tajjeb, trid tibqa’ tistaqsi mistoqsiji dwar id-dinja ta’ madwarek.
Involvi ruħek: Hemm ħafna siti tal-ġenn fejn tista’ tistaqsi lill-astronomi kull mistoqsija li għandek dwar l-Univers. Dawn huma xi ftit mill-favoriti tagħna:
- Ask an Astronomer for Kids tan-Nasa
- Ask an Astronomer, immexxija mid-Dipartiment tal-Astronomija tal-Università ta’ Cornell, fl-Amerika
Share: